Charlotte Zammit, il-vittma tal-ewwel qtil din is-sena, se tingħata l-aħħar tislima nhar il-Ġimgħa 21 ta’ Awwissu, fid-8.45am fil-Knisja tal-Parroċċa tal-Lunzjata f’Ħal Tarxien.
Zammit, omm li kellha 44 sena, inqatlet fid-dar f’Ħaż-Żabbar tal-eks sieħeb tagħha Roderick Azzopardi fi Triq Corrado.
Il-mara nqatlet b’tiri ta’ arma tan-nar, allegatament sparati minn Azzopardi. Hu tressaq il-Qorti fejn wieġeb mhux ħati tal-akkużi, filwaqt li baqa’ jinżamm arrestat.
