Wednesday, July 24, 2024

Chelsea fil-finali tal-League Cup

Aqra wkoll

Chelsea għaddew għall-finali tal-League Cup meta fit-tieni leg tas-semi-finali għelbu lil Middlesbrough bl-iskor ta’ 6-1 biex ikkwalifikaw b’aggregate ta’ 6-2.

Chelsea skorjaw erba’ darbiet fl-ewwel taqsima permezz ta’ ta’ Jonny Howson (15 auto-goal), Enzo Fernandez (29), Axel Disasi (36) u Cole Palmer (42.

Fit-tieni taqsima waslu tnejn oħra minn Palmer (77) u Noni Madueke (81) b’Morgan Rogers (88) jiskorja l-uniku goal għall-Boro.

Il-finali se tintlagħab fil-25 ta’ Frar, bl-avversarji jkunu Liverpool jew Fulham bir-Reds qed igawdu vantaġġ ta’ 2-1.

Ekonomija

Sport