Monday, May 20, 2024

Chelsea jirbħu l-FA Cup tan-Nisa kontra Man Utd

Aqra wkoll

L-Awstraljana Sam Kerr kienet għal darb’oħra l-eroj ta’ Chelsea hekk kif kisbu t-tielet titlu konsekuttiv tal-FA Cup tan-Nisa b’rebħa fuq Manchester United bl-iskor ta’ 3-0 quddiem folla domestika rekord tad-dinja ta’  77,390 spettatur f’Wembley Stadium.

Kerr, li skorjat sitt goals fil-kompetizzjoni dan l-istaġun, sabet ix-xibka minn cross ta’ Pernille Harder u ċċelebrat quddiem il-partitarji ta’ Chelsea.

It-team ta’ Marc Skinner, li qatt ma għeleb lil Chelsea, impona lilu nnifsu kmieni meta Leah Galton kellha goal annullat fi żmien 23 sekonda biss għal offside.

Dan it-trijonf aċċerta li Chelsea saru l-ewwel team minn Arsenal fl-2008 li rebħu tliet FA Cups tan-Nisa konsekuttivi.

Barra minn hekk dan huwa l-ħames titlu tagħhom tal-FA Cup b’mod ġenerali u l-aħħar waħda minn lista dejjem tikber ta’ kisbiet fenomenali min-naħa tal-coach Emma Hayes – u hi se tittama li żżid aktar fi żmien ftit ġimgħat hekk kif Chelsea jibqgħu ngaġġjati f’taqtiegħa ħarxa għat-titlu tan-Super League tan-Nisa.

Sport