Thursday, April 18, 2024

Chelsea jixħtu l-interess tagħhom fuq Luis Enrique

Aqra wkoll

Jidher li l-futur tal-coach ta’ Chelsea, Graham Potter, huwa wieħed inċert minkejja li nħatar f’Ottubru li għadda wara t-tkeċċija ta’ Thomas Tuchel. 

Minkejja li għandhom skwadra mimlija bi players straordinarji, il-club minn Londra mhux qed ikollu staġun tajjeb fil-Premier League. Fil-fatt, il-Blues investew €350 miljun fl-aħħar tieqa tat-trasferimenti tax-xitwa fi players ġodda biex jikkwalifikaw għall-UEFA Champions League.

Rapporti fil-media Ingliża qed isostnu li Chelsea xeħtu l-interessa tagħhom fuq l-Ispanjol, Luis Enrique, li mexxa lil Spanja fl-aħħar tliet snin. 

Ekonomija

Sport