Chelsea qed iqisu li jieħdu lura lil Eden Hazard fil-club b’self.
Il-winger Belġjan ħalla lill-Blues biex jingħaqad ma’ Real Madrid fl-2019 wara li qatta’ tmien snin mal-Blues, iżda ilu jbati minn injuries minn mindu wasal Spanja.
Hazard kellu problemi ta’ injury u ma rnexxielux b’mod konsistenti jikseb post mal-ewwel 11, li wassal għal ħafna spekulazzjonijiet dwar il-futur tiegħu.
Real Madrid issa qed ifittxu li jbiegħu lill-captain tal-Belġju fis-suq tat-trasferimenti tas-sajf.
Dan jista’ jiftaħlu l-bieb biex jirritorna Londra, bil-Blues allegatament jikkunsidraw ftehim ta’ self f’Jannar, b’għażla li mbagħad jixtruh fl-aħħar tal-istaġun.
Hazard għamel 352 dehra matul iż-żmien tiegħu ma’ Chelsea, u fil-proċess skorja 110 goal għall-club.