Tuesday, May 14, 2024

Chelsea jridu lil Jordan Pickford

Aqra wkoll

Il-proprjetarju ta’ Chelsea Todd Boehly avża lid-diriġenti tiegħu sabiex imorru għall-gowlkiper ieħor sabiex iżidu l-potenzjal fl-iskwadra tagħhom speċjalment bejn il-lasti.

Minkejja li l-Blues għandhom lil Edouard Mendy u Kepa Arrizabalaga, Boehly qed jittama li d-diriġenti tiegħu jakkwistaw lil Jordan Pickford ta’ Everton. Dan hu l-gowlkiper tat-tim nazzjonali Ingliż li bħalissa għandu kuntratt mat-Toffees sas-sena 2024. 

Pickford lagħab ukoll ma’ Sunderland, Bradford City, Carlisle United u Preston North End. Hu lagħab 194 partita ma’ Everton.

Sport