Chelsea huma lesti li jonfqu sa €100m fuq għall-attakkant ta’ Juventus, Federico Chiesa.
Iż-żagħżugħ ta’ 24 sena kien protagonista għall-Italja waqt il-Euro 2020, fejn kellu rwol ewlieni għal pajjiżu bir-rebħ tal-kompetizzjoni, filwaqt li kien player importanti għall-Bianconeri matul l-istaġun 2021-22, skorja tliet goals u rreġistra tliet assists fi 15-il dehra fil-kompetizzjonijiet kollha.
Chiesa għadu teknikament misluf ma’ Juventus mingħand Fiorentina, iżda l-Boanconeri għandhom ftehim fis-seħħ biex jiffirmaw lit-Taljan fuq bażi permanenti fis-sajf li ġej.
Chelsea kienu interessati bis-sħiħ fl-attakkant matul it-tieqa tat-trasferimenti tas-sajf iżda ma setgħux jikkonvinċu lill-Bianconeri biex iħalluh jitlaq.
Il-Blues jibqgħu interessati fi Chiesa u jkunu lesti li jagħmlu ‘offerta sensazzjonali’ ta’ madwar €100m biex jassiguraw is-servizzi tiegħu.
L-attakkant lagħab 80 minuta tal-konfront taċ-Champions League għal Juventus kontra Chelsea fi Stamford Bridge nhar it-Tlieta filgħaxija, li ntemmet b’rebħa ta’ 4-0 għall-Blues.