Monday, August 3, 2026
Home Sport Chelsea qed jirisistu biex jiffirmaw lil Andre Onana

Chelsea qed jirisistu biex jiffirmaw lil Andre Onana

0
398

Chelsea qed jirsistu sabiex għax-xahar id-dieħel iġibu lill-goalkeeper ta’ Inter Andre Onana. Il-coach il-ġdid Mauricio Pochettino jixtieq lil dan il-goalkeeper mill-Kamerun li spikka matul dan l-istaġun man-Nerazzurri.

Il-Blues lesti li jagħtu għalkollox lill-attakkant tagħhom Romelu Lukaku kif ukoll lid-difensur Kalidou Koulibaly sabiex jieħdu lil Onana.

Minkejja kollox, dan tal-aħħar qal li jixtieq jibqa’ ma’ Inter minħabba li jinsab għal qalbu.