Tuesday, July 14, 2026
Home Sport Christopher Nkunku barra għal erba’ xhur

Christopher Nkunku barra għal erba’ xhur

0
352

L-istaġun bilkemm għadu beda u Chelsea diġa’ qed ikollhom jaffaċċjaw l-ewwel injury tagħhom. Fil-fatt, l-akkwist il-ġdid tagħhom Christopher Nkunku kellu jwettaq operazzjoni f’irkopptu f’Chicago fl-Istati Uniti fis-sigħat li għaddew.

Nkunku se jkollu jibqa’ barra erba’ xhur u għalhekk se jkollu jitlef il-bidu tal-kampjonat kif ukoll il-fażi tal-gruppi tal-UEFA Champions League.

Nkunku kien għadu kemm ingħaqad mal-Blues mingħand RB Leipzig u kien se jkun wieħed mill-attakkant ewlenin tagħhom. Id-diriġenti Ingliżi qed jaħsbu fi pjan B u issa għajnejhom xeħtuhom lejn l-attakkant Serb ta’ Juventus Dusan Vlahovic.