Monday, May 13, 2024

Ċiklist iweġġa’ gravi wara ħabta ma’ karozza tal-linja fin-Naxxar

Aqra wkoll

Ċiklist iddaħħal l-Isptar wara li għall-ħabta tat-8:00 a.m kien involut f’inċident tat-traffiku fi Triq is-Salini n-Naxxar.

Minn stħarriġ illi sar irriżulta li kienet seħħet ħabta bejn rota misjuqa minn raġel ta’ 34 sena residenti San Pawl il-Baħar u karozza tal-linja Otokar misjuq minn mara ta’ 59 sena residenti l-Mellieħa.

Fil-post issejjaħ tim mediku li ta l-ewwel assistenza liċ-ċiklist sakemm seta’ jittieħed lejn l-Isptar Mater Dei permezz ta’ ambulanza li ssejħet fuq il-post. Aktar tard huwa kien iċċertifikat li sofra minn ġrieħi ta’ natura gravi.

L-investigazzjonijet tal-Pulizija b’rabta ma’ dan l-inċident għadhom għaddejjin.

Sport