It-28 Edizzjoni tat-Tour Internazzjonali ta’ Malta ser tinżamm bejn nhar il-Ħamis 11 ta’ April u l-Ħadd 14 ta’ April 2024, fejn huwa mistenni numru sabiħ ta’ parteċipanti Maltin u barranin. Matul is-snin dan it-Tour dejjem serva ta’ opportunita’ tajba biex iċ-ċiklisti lokali jkunu jistgħu jikkompetu ma’ oħrajn barranin f’pajjiżna stess. B’hekk huma mhux biss jiggwadanjaw minn din l-esperjenza, iżda wkoll dawn ikomplu jtejbu l-livelli tagħhom.
Għal darb’oħra dan it-Tour ser jsir taħt l-awspiċji tal-Federazzjoni Maltija taċ-Ċikliżmu fejn il-Klubbs lokali flimkien ma’ diversi oħra barranin ser ikollhom iċ-ċiklisti tagħhom jikkompetu fl-edizzjoni ta’ din is-sena. Il-maġġoranza tal-klubbs barranin ġejjin mill-Isvizzera, Renju Unit u l-Italja. Ma’ dawn ser jieħdu sehem ukoll fuq bażi individwali, ċiklisti barranin minn diversi pajjiżi oħra. Fost dawn il-klubbs ser jerġa jirritorna dak Svizzeru ta’ OBOR-BIKE AID Cycling Team li kien twaqqaf b’inizjattiva ta’ San Ġwanni Pawlu II fejn fuq il-flokk iġibu l-messaġġ tiegħu “Amore e Vita”.
Antoine Magaud ir-rebbieħ tal-aħħar edizzjoni mhux ser jkun qed jiddefendi t-titlu mirbuħ is-sena l-oħra fejn kontra qalbu kellu jieħu din id-deċizzjoni għal fatt li fil-jiem li ġejjin flimkien ma’ martu Dana li hija Maltija qed jistennew tifel, l-ewwel tarbija tagħhom.
It-Tour Internazzjonali ta’ Malta 2024 ser jinżamm fuq erba’ t’ijiem mifruxa hekk: L-ewwel tappa ser tkun tikkonsisti f’Individual Time Trail il-Coast Road, Salina, Baħar ic-Ċagħak fl-10:00am fuq iċ-ċirkwit ta’ 5km il-kilometru fejn iċ-ċiklisti kollha ser jagħmlu 3 dawriet.
It-tieni tappa dik tal-Ġimgħa 12 ta’ April ser issir fuq iċ-ċirkwit ta’ 3.5km tal-Bypass ta’ Ħaż-Żebbuġ fejn l-Elite ser jagħmlu 15 il-dawra, filwaqt li n-Nisa u l-Masters ser jagħmlu 12 il-dawra. It-tluq ser ikun fl-10:00 ta’ filgħodu.
It-Tielet tappa tas-Sibt 13 ta’ April ser tkun tiġrija fuq iċ-ċirkwit ta’ 5km f’Ta’ Pinellu, l-Mellieħa fejn l-Elite ser jagħmlu 10 dawriet, filwaqt li n-Nisa u l-Masters ser jagħmlu 7 dawriet. It-tluq ser ikun fis-7:00 ta’ filgħodu.
Il-Ħadd imbagħad tinżamm l-aħħar tappa, tiġrija li ser issir f’Għawdex fuq ic-cirkwit ta’ 3.2km fit-Triq Għajn Qasab, fir-rotta tar-Ramla l-Ħamra fin-Nadur. L-Elite ser jagħmlu 12 il-dawriet, filwaqt li n-Nisa u l-Masters ser jagħmlu 6 dawriet. It-tluq ser ikun fid-9:00 ta’ filgħodu. Din hija l-ewwel darba li t-Tour ta’ Malta ser jispiċċa f’Għawdex u li ċ-ċerimonja finali ssir hemm ukoll.
Ser ikun hemm tliet kategoriji ta’ ċiklisti jieħdu sehem. Dawn huma tal-Elite u magħhom jingħaqdu l-Juniors, tan-Nisa u tal-Masters ta’ ‘l fuq minn 40 sena. Il-Kwartieri Ġenerali tat-Tour ser ikunu l-Palazzin Hotel, l-Qawra fejn ser ikunu alloġjati bosta mit-timijiet barranin. Il-Kumitat Organizzattiv tat-Tour jixtieq jesprimi l-gratitudni tiegħu lil SportMalta, Kumitat Olimpiku Malti, Transport Malta, Kunsilli Lokali rispettivi tan-Naxxar, Ħaż-Żebbuġ, Mellieħa u Nadur, kif ukoll lill-Aġenzija tas-Sistemi ta’ Infurzar Lokali (LESA), ARRTS Timing System u l-Palazzin Hotel u lill-klubbs parteċipanti kollha għall-appoġġ tagħhom. L-organizzazjoni qed tappella għal koperazzjoni tal-pubbliku f’dak li huwa l-għeluq tat-toroq biex b’hekk dawn l-avvenimenti jkunu jistgħu jsiru fl-aħjar sigurta’ possibli għaċ-ċiklisti. Huma jixtiequ jawguraw kull suċċess liċ-ċiklisti Maltin li ser jieħdu sehem.
It-28 Edizzjoni tat-Tour Internazzjonali ta’ Malta 2024
It-28 Edizzjoni tat-Tour Internazzjonali ta’ Malta ser tinżamm bejn nhar il-Ħamis 11 ta’ April u l-Ħadd 14 ta’ April 2024, fejn huwa mistenni numru sabiħ ta’ parteċipanti Maltin u barranin. Matul is-snin dan it-Tour dejjem serva ta’ opportunita’ tajba biex iċ-ċiklisti lokali jkunu jistgħu jikkompetu ma’ oħrajn barranin f’pajjiżna stess. B’hekk huma mhux biss jiggwadanjaw minn din l-esperjenza, iżda wkoll dawn ikomplu jtejbu l-livelli tagħhom.
Għal darb’oħra dan it-Tour ser jsir taħt l-awspiċji tal-Federazzjoni Maltija taċ-Ċikliżmu fejn il-Klubbs lokali flimkien ma’ diversi oħra barranin ser ikollhom iċ-ċiklisti tagħhom jikkompetu fl-edizzjoni ta’ din is-sena. Il-maġġoranza tal-klubbs barranin ġejjin mill-Isvizzera, Renju Unit u l-Italja. Ma’ dawn ser jieħdu sehem ukoll fuq bażi individwali, ċiklisti barranin minn diversi pajjiżi oħra. Fost dawn il-klubbs ser jerġa jirritorna dak Svizzeru ta’ OBOR-BIKE AID Cycling Team li kien twaqqaf b’inizjattiva ta’ San Ġwanni Pawlu II fejn fuq il-flokk iġibu l-messaġġ tiegħu “Amore e Vita”.
Antoine Magaud ir-rebbieħ tal-aħħar edizzjoni mhux ser jkun qed jiddefendi t-titlu mirbuħ is-sena l-oħra fejn kontra qalbu kellu jieħu din id-deċizzjoni għal fatt li fil-jiem li ġejjin flimkien ma’ martu Dana li hija Maltija qed jistennew tifel, l-ewwel tarbija tagħhom.
It-Tour Internazzjonali ta’ Malta 2024 ser jinżamm fuq erba’ t’ijiem mifruxa hekk: L-ewwel tappa ser tkun tikkonsisti f’Individual Time Trail il-Coast Road, Salina, Baħar ic-Ċagħak fl-10:00am fuq iċ-ċirkwit ta’ 5km il-kilometru fejn iċ-ċiklisti kollha ser jagħmlu 3 dawriet.
It-tieni tappa dik tal-Ġimgħa 12 ta’ April ser issir fuq iċ-ċirkwit ta’ 3.5km tal-Bypass ta’ Ħaż-Żebbuġ fejn l-Elite ser jagħmlu 15 il-dawra, filwaqt li n-Nisa u l-Masters ser jagħmlu 12 il-dawra. It-tluq ser ikun fl-10:00 ta’ filgħodu.
It-Tielet tappa tas-Sibt 13 ta’ April ser tkun tiġrija fuq iċ-ċirkwit ta’ 5km f’Ta’ Pinellu, l-Mellieħa fejn l-Elite ser jagħmlu 10 dawriet, filwaqt li n-Nisa u l-Masters ser jagħmlu 7 dawriet. It-tluq ser ikun fis-7:00 ta’ filgħodu.
Il-Ħadd imbagħad tinżamm l-aħħar tappa, tiġrija li ser issir f’Għawdex fuq ic-cirkwit ta’ 3.2km fit-Triq Għajn Qasab, fir-rotta tar-Ramla l-Ħamra fin-Nadur. L-Elite ser jagħmlu 12 il-dawriet, filwaqt li n-Nisa u l-Masters ser jagħmlu 6 dawriet. It-tluq ser ikun fid-9:00 ta’ filgħodu. Din hija l-ewwel darba li t-Tour ta’ Malta ser jispiċċa f’Għawdex u li ċ-ċerimonja finali ssir hemm ukoll.
Ser ikun hemm tliet kategoriji ta’ ċiklisti jieħdu sehem. Dawn huma tal-Elite u magħhom jingħaqdu l-Juniors, tan-Nisa u tal-Masters ta’ ‘l fuq minn 40 sena. Il-Kwartieri Ġenerali tat-Tour ser ikunu l-Palazzin Hotel, l-Qawra fejn ser ikunu alloġjati bosta mit-timijiet barranin.
Il-Kumitat Organizzattiv tat-Tour jixtieq jesprimi l-gratitudni tiegħu lil SportMalta, Kumitat Olimpiku Malti, Transport Malta, Kunsilli Lokali rispettivi tan-Naxxar, Ħaż-Żebbuġ, Mellieħa u Nadur, kif ukoll lill-Aġenzija tas-Sistemi ta’ Infurzar Lokali (LESA), ARRTS Timing System u l-Palazzin Hotel u lill-klubbs parteċipanti kollha għall-appoġġ tagħhom.
L-organizzazzjoni qed tappella għal koperazzjoni tal-pubbliku f’dak li huwa l-għeluq tat-toroq biex b’hekk dawn l-avvenimenti jkunu jistgħu jsiru fl-aħjar sigurta’ possibli għaċ-ċiklisti. Huma jixtiequ jawguraw kull suċċess liċ-ċiklisti Maltin li ser jieħdu sehem.