Saturday, May 3, 2025

ĊITTADINANZA B’INVESTIMENT: TISĦIĦ TAL-ISTAT SOĊJALI

Aqra wkoll

Id-deċiżjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (ECJ) b’rabta mal-programm ta’ ċittadinanza b’investiment ta’ Malta qanqlet diskussjoni wiesgħa madwar il-pajjiż kollu. Kien hemm min kien sodisfatt u feraħ biha u kien hemm oħrajn li ħassewhom diżappuntati.

Il-Gvern iżda kien sod sa mill-ewwel mumenti wara d-deċiżjoni fejn irrimarka li filwaqt li kien se jirrispetta d-deċiżjoni tal-Qorti Ewropea, iddikjara li se jaħdem bis-sħiħ sabiex il-qafas regolatorju ta’ pajjiżna dwar iċ-ċittadinanza jkun konformi mal-prinċipji elekati fis-sentenza tal-ECJ.

Qabel xejn, wieħed irid jinnota li għalkemm is-sentenza tal-Qorti Ewropea kkonfermat il-prinċipju dwar il-kompetenza nazzjonali, skartat ir-rakkomandazzjoni tal-Avukat Ġenerali stess li stqarr li ma kienx hemm każ kontra Malta filwaqt li daħlet f’aspetti oħra. 

Għandna għax nifhmu li f’dan il-mument, il-Gvern beda jistudja b’mod immedjat l-effett legali ta’ din is-sentenza. Imma sadanittant jidher li l-ħidma biex isiru l-bidliet neċessarji diġà bdiet. Tant hu hekk li fl-aħħar jiem tħabbar li ġew skedati laqgħat ma’ professjonisti Maltin li jaħdmu fis-settur. 

Dan juri wkoll l-attitudni tal-Gvern li f’dan il-każ mhux se jħalli kollox għaddej għal riħu iżda jibda mill-ewwel bl-implimentazzjoni ta’ dak li hemm bżonn isir fiċ-ċirkostanzi. Wara kollox dan huwa programm li minnu gawdew sostanzjalment faxex differenti tas-soċjetà fejn ingħataw għajnuniet kbar lill-għaqdiet volontarji li tant iwettqu ġid anke ma’ min huwa marid jew ibati minn kundizzjoni jew diżabilita, lil għaqdiet sportivi u anke mal-każini tal-banda li ġew salvati mill-iżgumbrament grazzi għall-fondi tal-NDSF. 

Min-naħa l-oħra iżda li jimmeraviljak huwa li bħal donnu hemm min jogħrok idu meta tittieħed deċiżjoni kontra Malta. Il-poplu tagħna mhux firda għandu bżonn imma min isostnieh f’għaqda sħiħa għaliex bħal fl-imgħoddi, jekk il-poplu jkun magħqud jirbaħ fuq kull saram li jinqala’. Kif il-fatt sar waqt il-pandemija tal-Covid 19.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport