Monday, July 13, 2026
Home Covid-19 Covid-19: 38 każ ġdid u jfiqu disgħa

Covid-19: 38 każ ġdid u jfiqu disgħa

0
891

L-awtoritajiet tas-saħħa qalu li fl-aħħar 24 siegħa feġġew 38 każ ġdid ta’ Covid-19 mentri kien hemm disgħa oħra li fiequ mill-virus. Dan ifisser li t-total ta’ każi attivi issa huma 435. 

L-ammont ta’ mwiet baqa’ ta’ 462 wara li fl-aħħar 24 siegħa ma kien hemm l-ebda mewt relatata mal-Covid-19.

Bħalissa hemm 14-il pazjent rikoverati l-Isptar minħabba l-Covid-19 li minnhom erba’ li jinsabu fit-Taqsima tal-Kura Intensiva.

Sat-Tlieta filgħaxija kienu ngħataw 895,343 doża tal-vaċċin kontra l-Covid-19 li minnhom 64,797 kienu dożi tal-booster.