Tuesday, April 30, 2024

Covid-19: 48 każ ġdid u jfiqu 25; imut anzjan

Aqra wkoll

Minn total ta’ 3,117 swab tests li saru fl-aħħar 24 siegħa feġġew 48 każ ġdid ta’ Covid-19. Fl-istess waqt kien hemm 25 persuna ddikjarati mfejqa fl-aħħar 24 siegħa. B’dan il-mod, il-każi attivi telgħu għal 656.

L-awtoritajiet tas-saħħa qalu wkoll li hemm 31 pazjent li huma pożittivi u li bħalissa qed jingħataw il-kura fl-Isptar Mater Dei. Minn dawn, hemm persuna li tinsab fl-ITU.

It-total ta’ mwiet issa huwa 441 hekk kif fl-aħħar 24 siegħa miet raġel ta’ 73 sena waqt li kien pożittiv bil-virus.

Dwar l-għoti tat-tilqim kontra l-Covid-19, l-awtoritajiet tas-saħħa qalu li sal-bieraħ ngħataw total ta’ 796,333 doża. Minn dawn 413,598 ħadu l-ewwel doża filwaqt li 412,419 persuna huma mlaqqma kompletament.

Sport