Saturday, May 4, 2024

Sewwieq ta’ mutur jindarab gravi f’inċident tat-traffiku

Aqra wkoll

Raġel ta’ 64 sena residenti l-Għarb sofra ġrieħi gravi wara li kien involut f’inċident tat-traffiku.

Dan seħħ illum għall-ħabta tat-8.30a.m. fi Triq Manwel Dimech, ir-Rabat Għawdex.

Il-Pulizija marret immedjatament fuq il-post u mill-ewwel investigazzjonijiet irriżulta li kien seħħ inċident bejn mutur Honda NSC110, misjuq mir-raġel ta’ 64 sena u Maruti Gypsy, li kienet qed tinstaq minn raġel ta’ 37 sena residenti ix-Xagħra.

Is-sewwieq tal-mutur ingħata l-għajnuna minn tim mediku, ittieħed l-Isptar Ġenerali t’Għawdex b’ambulanza u aktar tard, ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Sport