Thursday, April 18, 2024

Covid-19: Il-każi attivi f’pajjiżna jaqbżu t-300

Aqra wkoll

L-awtoritajiet tas-saħħa qalu li fl-aħħar 24 siegħa feġġew 41 każ ġdid ta’ Covid-19 mentri kien hemm 8 persuni oħra li fiequ mill-virus. Dan ifisser li t-total ta’ każi attivi issa huma 331. 

L-ammont ta’ mwiet baqa’ ta’ 462 wara li fl-aħħar 24 siegħa ma kien hemm l-ebda mewt relatata mal-Covid-19.

Bħalissa hemm disa’ pazjenti rikoverati l-Isptar minħabba l-Covid-19 li minnhom tlieta li jinsabu fit-Taqsima tal-Kura Intensiva.

Sal-bieraħ filgħaxija kienu ngħataw 886,762 doża tal-vaċċin kontra l-Covid-19 li minnhom 57,208 kienu dożi tal-booster.

Ekonomija

Sport