Thursday, March 28, 2024

Partijiet minn Beijing jgħibu taħt it-tniġġis

Aqra wkoll

Matul il-jum tal-bieraħ il-viżibilità f’partijiet tal-kapitali Ċiniża Beijing kienet inqas minn 200 metru u dan kawża ta’ tniġġis kbir fl-arja. Kawża ta’ dan, Beijing kellha toħroġ twissija u waqqfet ix-xogħol ta’ kostruzzjoni, l-operazzjonijiet tal-fabbriki kif ukoll issospendiet l-attivitajiet tat-tfal barra mill-bini tal-iskejjel. 

Sfortunatament avveni­menti bħal dawn qegħdin isiru komuni fiċ-Ċina, speċjalment fir-reġjun ta’ Beijing-Tianjin-Hebei fejn hemm ħafna fabbriki. Is-sitwazzjoni f’dan ir-reġjun iġġravat sostanzjalment minħabba nuqqas ta’ riħ. Issa mistenni li temp kiesaħ ġej minn fuq is-Siberja se jgħin biex is-sitwazzjoni tittaffa xi ftit. 

Ix-xahar li għadda l-Ministru tal-Ambjent taċ-Ċina qal li qiegħda ssir ħidma biex it-tniġġis kkawżat minn partiċelli li jinġarru fl-arja magħrufa bħala PM2.5 jitnaqqsu b’4%. Skont l-ambaxxata tal-Istati Uniti ġewwa Beijing, il-livelli ta’ PM2.5 li kien hemm ilbieraħ kienu ta’ 234 mikrogrammi għal kull metru kubu, dan huwa livelli għoli ħafna.

Ekonomija

Sport