Wednesday, April 24, 2024

Conte kien qed jistenna li Solskjaer jitkeċċa qabel ingħaqad ma’ Tottenham

Aqra wkoll

Skond rapporti fil-midja Taljan, il-coach Antonio Conte, qagħad jistenna sal-aħħar minuta biex jara jekk ix-xogħol ta’ Manchester United kienx se jkun disponibbli qabel ma ddeċieda li jimla l-post battal ta’ Tottenham.

It-Taljan inħatar bħala l-manager il-ġdid ta’ Spurs nhar it-Tlieta li għadda wara t-tkeċċija ta’ Nuno Espirito Santo.

Sadanittant, il-pożizzjoni ta’ Ole Gunnar Solskjaer ilha mhedda mit-telfa umiljanti ta’ 5-0 ta’ United kontra r-rivali Liverpool fl-24 ta’ Ottubru, li għadda. 

L-ex manager ta’ Juventus, Chelsea u Inter,  ħalla kollox għall-aħħar biex jistenna l-pożizzjoni ta’ Solskjaer f’Old Trafford qabel ma għażel li jirritorna fil-Premier League ma’ Tottenham.

Conte kien meqjus bħala wieħed mill-kontendenti ewlenin li jieħu l-impjieg f’Old Trafford.

Iżda minkejja t-telfa umiljanti kontra Liverpool, il-ġerarkija f’Old Trafford baqgħet turi fiduċja fil-manager Norveġiż wara li fis-sajf li għadda ngħata kuntratt ġdid ta’ tliet snin. 

Għaldaqstant, Conte ddeċieda li kien iż-żmien opportun biex jingħaqad ma’ Tottenham Hotspur u jmur jgħix f’Londra. 

Aktar minn hekk, huwa ngħata €2 miljuni mingħand Inter minħabba ftehim li ma jmurx jikkowċja fl-Italja jekk jitlaqhom. 

Sport