Saturday, May 4, 2024

Covid-19: Imut anzjan u l-imwiet jitilgħu għal 606

Aqra wkoll

L-awtoritajiet tas-saħħa ħabbru li bejn it-Tlieta u l-Erbgħa feġġew 94 każ ġdid ta’ Covid-19 filwaqt li kien hemm 70 oħra li ġew dikjarati bħala li fiequ mill-virus. It-total ta’ każi attivi bħalissa huma 737.

Fl-Isptar Mater Dei hemm 43 persuna li qed jingħataw il-kura minħabba l-Covid-19, bi tlieta minnhom jinsabu fit-Taqsima tal-Kura Intensiva. 

L-imwiet relatati mal-imxija tal-Covid-19 issa telgħu għal 606 wara li fl-aħħar sigħat miet anzjan ta’ 77 sena waqt li kien pożittiv għall-virus.

Sat-Tlieta filgħaxija kienu ngħataw 1,243,528 dożi tal-vaċċin kontra l-Covid-19 li minnhom 343,449 kienu dożi tal-booster.

Sport