Monday, May 20, 2024

Cristiano Ronaldo jippjana li jirtira ma’ Manchester United

Aqra wkoll

Cristiano Ronaldo qed jippjana li jirtira ma’ Manchester United qabel ma jipprogressa bħala coach mar-Red Devils.

L-internazzjonali Portugiż irritorna f’Old Trafford mingħand Juventus bi ftehim ta’ sentejn matul is-sajf iżda huwa maħsub li qed jippjana li jilgħab sa meta jkollu 40 sena.

Ronaldo jrid iqatta’ l-bqija tal-karriera professjonali tiegħu mar-Red Devils qabel ma jieħu pożizzjoni ta’ coach fil-club.

Il-player ta’ 36 sena huwa ħerqan li jissorvelja l-progress ta’ ibnu, Cristiano Jr, li beda jitħarreġ mat-team taż-żgħażagħ ta’ Man United mir-ritorn ta’ missieru f’Manchester.

Ronaldo, li qabel irrappreżenta lill-ġganti Ingliżi bejn l-2003 u l-2009, skorja erba’ darbiet f’erba’ dehriet minn meta rritorna fil-club, inklużi tliet goals fi tliet ħarġiet tal-Premier League.

Il-kuntratt tal-Portugiż f’Old Trafford jista’ jiġi estiż għal sena oħra sa Ġunju 2024.

Sport