Tuesday, November 3, 2026
Home Sport Cristiano Ronaldo jitħalla barra mill-iskwadra ta’ Al Nassr għall-impenn fl-AFC Champions League

Cristiano Ronaldo jitħalla barra mill-iskwadra ta’ Al Nassr għall-impenn fl-AFC Champions League

0
53

Cristiano Ronaldo tħalla barra mill-iskwadra ta’ Al Nassr għall-konfront tal-AFC Champions League Elite kontra Pakhtakor tal-Uzbekistan, hekk kif il-coach, Ange Postecoglou, ddeċieda li jagħti mistrieħ lill-istilla Portugiża.

L-attakkant ta’ 41 sena ma vvjaġġax mat-team lejn Tashkent għall-partita tat-Tnejn, flimkien ma’ sħabu Kingsley Coman u Mohamed Simakan.

Postecoglou spjega li din id-deċiżjoni ttieħdet biex jiġu mmaniġġjati aħjar l-impenji fiżiċi tal-players, fid-dawl tal-programm impenjattiv u l-ivvjaġġar kontinwu bejn il-kompetizzjonijiet domestiċi u dawk kontinentali. 

Ronaldo kien għaddej minn forma mill-aqwa qabel il-waqfa, wara li skorja hat-trick fir-rebħa ta’ 5-3 kontra Al Kholood fid-29 ta’ Ottubru. Dawn it-tliet goals tellgħu t-total tal-karriera tiegħu għal 985, u ħallewh biss 15-il goal ’il bogħod mill-mira straordinarja ta’ 1,000 goal.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here