Din is-sena s’issa daħlu 207 każ ġdid quddiem il-Qorti tal-Familja

Aqra wkoll

Minn Jannar ta’ din is-sena sal-1 ta’ Ottubru, daħlu 207 każ ġdid quddiem il-Qorti tal-Familja. 

Kien il-Ministeru għall-Ġustizzja, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni Clifton Grima li ħabbar dan fil-Parlament hekk kif kien qiegħed iwieġeb Mistoqsija Parlamentari tad-Deputata Romilda Zarb.

Fl-istess tweġiba tiegħu, il-Ministru Grima qal li matul l-2015 daħlu 281 każ ġdid quddiem il-Qorti tal-familja, filwaqt li s-sena ta’ wara daħlu 283 każ ġdid.

Kompla jgħid li matul l-2017 kien hemm 252 każ ġdid filwaqt li fl-2018 daħlu 302 każ ġdid.

Il-Ministru baqa’ jagħti rendikont sena b’sena tal-każ ġodda li daħlu fejn sostna li fl-2019 kien hemm 268 każ ġdid, filwaqt li fl-2020 daħlu 238 każ ġdid quddiem il-Qorti tal-Familja.

Matul is-sena li għaddiet daħlu 238 każ ġdid quddiem l-istess Qorti.

F’mistoqsija oħra separata li saret mill-istess Deputata, il-Ministru Grima ta rendikont ta’ kemm kienu l-każi li ġew deċiżi.

Fil-Parlament il-Ministru qal li minn Jannar ta’ din s-sena sal-1 ta’ Ottubru li għadda ġew deċiżi 207 każi filwaqt li s-sena ta’ qabel ġew deċiżi 238 każ.

Qal li fl-2015 u 2016 ġew deċiżi 281 u 283 każ rispettivament. Fl-istess tweġiba l-Ministru Grima qal li matul 2017 ġew deċiżi 252 każ filwaqt li s-sena ta’ wara ġew deċiżi 302 il-każ.

Fis-sena 2020 ġew deċiżi 238 każ filwaqt li fl-2021 kien hemm 282 każ li ġew deċiżi mill-Qorti tal-Familja.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here

Sport