Friday, April 19, 2024

Cristiano Ronaldo ma jingħatax il-goal li “skorja” kontra l-Urugwaj

Aqra wkoll

Kien mument meta Cristiano Ronaldo ħaseb li kien laħaq ir-rekord ta’ Eusebio bħala l-aqwa skorer Portugiż fit-Tazza tad-Dinja …. għal ftit minuti …

Iċ-ċelebrazzjoni tal-attakkant Portugiż ikkonvinċiet lil kulħadd li huwa laqat il-ballun bir-ras biex mill-cross ta’ Bruno Fernandes huwa kompla l-ballun għal ġewwa biex fetaħ l-iskor fir-reħba ta’ 2-0 fuq l-Urugwaj. 

Dan il-goal fetaħ it-triq għall-Portugiżi biex jirbħu l-grupp u jikkwalifikaw għar-round tal-Aħħar 16.

B’hekk huwa ħaseb li skorja d-disa’ goal personali għal pajjiżu … l-istess ammont ta’ goals li kien skorja l-leġġendarju Eusebio.

Iżda mbagħad … permezz tal-VAR iċ-ċelebrazzjoni kienet ferħa bla temma hekk kif il-goal ingħata lil Fernandes li cross-shot tiegħu nganna għal kollox bil-goalkeeper avversarju bil-ballun jintemm fix-xibka.

Lejn it-tmiem, l-istess Fernandes irdoppja minn penalty … li ngħata minnu minħabba li Ronaldo kien diġá sostitwit. 

Sport