Thursday, April 18, 2024

Cristiano Ronaldo se jibda kontra Brighton?

Aqra wkoll

L-attakkant internazzjonali Portugiż, Cristiano Ronaldo, kważi dejjem jisraq ix-xena. Huwa għadda sajf sħiħ “jhedded” li jrid jitlaq lil Manchester United minħabba li jrid jilgħab fil-UEFA Champions League.

U biż-żmien għaddej, sar magħruf li l-ebda club Ewropew ma ried jingaġġah … bejn għax għandu 37 sena u bejn is-salarju li qed jitlob.

Ma’ kull ġurnata l-frustrazzjoni tiegħu kienet dejjem qed tikber, tant, li huwa ma attendiex għall-pre-season li l-iskwadra għamlet fl-Asja u fl-Awstralja.

Aktar minn hekk, fil-logħba ta’ ħbiberija kontra Rayo Vallecano huwa ġie mibdul fil-mistrieħ biex telaq lejn daru u ma qagħadx isegwi t-tieni taqsima.

Din il-mossa rrabjat ferm lill-coach Erik ten Hag bir-relazzjoni bejn iż-żewġ partijiet diġá nkissret qabel ma bdiet.

Ten Hag kien kostrett li jibda lil Ronaldo fuq il-bank tas-sostituti. Iżda ġara li Anthony Martial qed jirkupra minn injury wara li tant impressjona fil-pre-season.

Għaldaqstant wieħed jistaqsi: “Fil-logħba kontra Brighton, Ronaldo se jibda mill-bidu?”

Nistennew u naraw.

Ekonomija

Sport