Friday, May 3, 2024

Cristiano Ronaldo se jibda l-Premier League fuq il-bank ….

Aqra wkoll

L-attakkant internazzjonali Portugiż, Cristiano Ronaldo, se jibda l-Premier Ingliż fuq il-bank tas-sostituti hekk kif Manchester United nhar is-Sibt jospitaw lil Brighton.

Ronaldo ilu jhedded li ma jridx jibqa’ mar-Red Devils fejn qed isostni li jinsab f’kuntatt partikolari biex jingħaqad miegħu. Il-player ta’ 37 sena fadallu sena kuntratt f’Old Trafford iżda huwa jrid jilgħab fil-UEFA Champions League.

Huwa ma marx mal-kumplament tal-iskwadra għat-tour tal-pre-season u għaldaqstant huwa nieqes mill-prattika. Għaldaqstant, il-coach Erik ten Hag m’għandux għażla oħra ħlief li jibda lil Ronaldo fuq il-bank.

Sport