Wednesday, April 24, 2024

Bernardo Silva viċin Barcelona

Aqra wkoll

Jidher ċar li kollox jinsab lest biex il-midfielder internazzjonali Portugiż, Bernardo Silva, jingħaqad ma’ Barcelona mingħand Manchester City.

Dan il-player ta’ 27 sena qed jistenna lill-Katalani jneħħu lill-Olandiż, Frenkie De Jong, li tiegħu mistennija jdaħħlu €80 miljun.

Sadanittant, De Jong jista’ jingħaqad ma’ Chelsea minkejja l-insegwiment sfrenat ta’ Manchester United.

Jekk Silva jmur jilgħab fin-Nou Camp, huwa jkun is-sitt akkwist ta’ Barcelona wara Franck Kessie, Anderson Christensen, Robert Lewandowski, Jules Kounde u Raphinha.

Sport