Thursday, April 18, 2024

Paul Pogba jagħżel li ma ssirlux operazzjoni f’irkopptu

Aqra wkoll

Il-midfielder internazzjonali Franċiż, Paul Pogba, għażel li ma ssirlux operazzjoni fi rkopptu.

Dan wara li huwa sofra sofra injury waqt it-taħriġ fl-Istati Uniti ftit jiem wara li ngħaqad ma’ Juventus bi free transfer mingħand Manchester United.

Dan il-player li għandu 29 sena, sofra injury fil-ligamenti tal-irkoppa u għaldaqstant mar Lyon biex jieħu parir mingħand speċjalista.

Sar magħruf ukoll li jista’ jerġa’ jkun fl-azzjoni fi żmien ħames ġimgħat biex saħansitra jkun jista’ jilgħab fil-fażi finali tat-Tazza tad-Dinja li se ssir f’Novembru li ġej fil-Qatar.

Kien hemm il-biżgħa li kieku għażel li jiġi operat, seta’ jitlef il-kumplament tal-istaġun.

Ekonomija

Sport