Sunday, May 5, 2024

Logħob tal-Commonwealth: Emma McKeon tkompli tiddomina fl-għawm

Aqra wkoll

Emma McKeon, iċċeleb­rat ir-raba’ midalja tad- deheb tagħha f’Birmingham 2022 bit-titlu tan-nisa tal-50m butterfly f’Sandwell Aquatics Centre hekk kif il-midalji baqgħu ġejjin fil-pixxina għall-Awstraljana, li nhar it-Tnejn fil-għa­xija kisbet il-ħames titlu.

L-għawwiema ta’ 28 sena, li kienet diġà rebħet il-4x100m freestyle mixed relay, il-4x100m freestyle relay u l-50m freestyle – bil-fidda fil-100m butterfly nhar is-Sibt – messet il-ħajt f’25.90 sekonda biex spiċċat qabel Erin Gallagher tal-Afrika t’Isfel li ħadet il-fidda u l-Awstraljana l-oħra, Holly Barratt ħadet il-bronż.

Kyle Chalmers, 24 sena, ki­seb l-ewwel midalja tad- deheb individwali tiegħu fil-Logħob tal-2022 b’rebħa fil-finali tal-100m freestyle.

Huwa kien parti mit-ti­mijiet rebbieħa tal-4x100m freestyle relay tal-Awstralja fil-kategoriji tal-irġiel u dawk imħallta, mar qud­diem kmieni u qatt ma ħares lura, u rebaħ f’47.51 sekondi.

Il-Britanniku Tom Dean kiseb ir-raba’ fidda tiegħu f’dawn il-Logħob wara li temm f’ħin ta’ 47.89sec, bl-Iskoċċiż Duncan Scott jitla’ fuq il-podju wkoll f’ħin ta’ 48.27s.

Iċ-champion Olimpika tal-200m backstroke, Kaylee McKeown, żiedet it-titlu tal-Commonwealth għall- Awstralja b’rekord ta’ ħin ta’ rebħ fil-Logħob ta’ 2:05.60 minuti biex ħadet id-deheb quddiem il-Kanadiża Kylie Masse u Katie Shanahan tal-Iskozja.

L-adoloxxenti Kanadiża Summer McIntosh iċċelebrat it-tieni deheb tagħha tal-Logħob – u r-raba’ b’kollox – b’rebħa fil-200m medley individwali tan-nisa.

L-għawwiema ta’ 15-il se­na spiċċa f’2:08.70 minuti qabel McKeown u l-midalja tal-bronż marret għand Abbie Wood tal-Ingilterra.

Matthew Levy iddefenda b’suċċess it-titlu tiegħu tal-Gold Coast hekk kif żied deheb ieħor għall-Awstralja fil-50m freestyle S7 fi 28.95 sekondi. Il-fidda ħadha Wei Soong Toh ta’ Singapore u l-bronż Christian Sadie tal- Afrika t’Isfel.

L-Awstraljani ddefen­dew ukoll it-titlu tal-irġiel tagħ­hom tal-4x200m freestyle relay f’7:04.96 minuti biex għamluhom ħames midalji tad-deheb fil-ġurnata tat-Tnejn. Waraj­hom spiċ­ċaw l-Ingilterra segwiti  mill-Iskozja.

Andrew Jeffcoat taid-deheb lil New Zealand fil-50m backstroke f’ħin ta’ 24.65 sekondi, b’Pieter Coetze tal- Afrika t’Isfel jaċċerta l-fidda qabel Javier Acevedo tal- Kanada.

Iċ-champion Paralimpika, Maisie Summers-Newton u Grace Harvey, żguraw li l-Ingilterra kisbet tmiem ta’ wieħed/tnejn fil-finali tal-100m breaststroke SB6 qabel il-Kanadiża, Camille Be­ru­be.

Summers-Newton, 20 sena, kisbet id-deheb fil-ħin ta’ 1:32.72 minuta biex spiċ­ċat 10.57secs qabel il-kompatrijotta tagħha.

Sport