Wednesday, March 27, 2024

L-ISFIDI LI ĠĠIB MAGĦHA Ż-ŻIEDA FIL-POPOLAZZJONI

Aqra wkoll

Ir-riżultati prelimiinari ppubblikati nhar it-Tnejn li għadda taċ-ċensiment, li sar fl-aħħar kwart tas-sena l-oħra jindika li l-popolazzjoni f’pajjiżna tgħodd għal 519,562 persuna. Riżultat importanti għax meta mqabbel mal-aħħar ċensiment, jiġifieri dak tal-2011, kien hemm żieda ta’ madwar kwart fil-popolazzjoni. Riżultat importanti li jġib miegħu sfidi soċjali, kulturali, ekonomiċi. Riżultat li jpoġġi pressjoni fuq is-sistema edukattiva, fuq is-sistema tal-għajnuna soċjali, fuq is-sistema tal-pensjonijiet fost l-oħrajn ta’ pajjiżna. 

Però, il-Gvern kien proattiv u aġixxa biex janticipa dawn ir-riżultati. Aġixxa billi ppubvlika l-Istrateġija għall-Iżvilupp Reġjonali ta’ Għawdex – 2021-2030. Aġixxa billi f’dawn l-aħħar ġimgħat ippubblika t-tieni Smart Specialisation Strategy – strateġija li tidentifika s-setturi li fuqhom il-pajjiż għandu jiffoka r-riċerka u l-innovazzjoni għas-sitt snin li ġejjin. Aġixxa permezz ta’ strateġija ġdida taż-Żgħażagħ bl-għan liż-żgħażagħ ikunu fiċ-ċentru tas-sistema edukattiva tagħna, fiċ-ċentru tas-soċjetà tagħna bħala ċittadini attivi kif ukoll fiċ-ċentru ta’ preparazzjoni għad-dinja tax-xogħol. Aġixxa permezz tal-vizjoni ekonomika tiegħu għall-għaxar snin li gejjin. Aġixxa wkoll permezz ta’ politika strateġika nazzjonali għall-anzjanità attiva. Aġixxa wkoll permezz ta’ numru ta’ inizjattivi u riformi li se jwasslu għal kwalità ta’ ħajja aħjar, għal ambjent aħjar, għal Malta progressiva, dinamika, li thares lejn għada u pitgħada, u fuq kollox li tħares biex l-isfidi li ġabet magħha ż-żieda fil-popolazzjoni jiġu megħluba u wisq aktar li jissarrfu f’opportunitajiet. Ma’ dawn wieħed ma jistax ma jsemmix ukoll l-investiment li qed isir fil-qasam tas-saħħa. 

Dan kollu huwa biżżejjed? Qatt mhu biżżejjed għax id-dinamiċità, id-diversità u l-insularità tal-popolazzjoni Maltija titlob għal aktar studju u riċerka fuq kif qed tevolvi s-soċjetà lokali. Titlob għal aktar pjanijiet strateġiċi mmirati biex itejbu niċeċ fis-soċjetà tagħna. Pjanijiet li jikkontribwixxu għal Malta tal-lum u ta’ għada. Ta’ Malta li tħares bi prospettiva. 

Ekonomija

Sport