Saturday, December 21, 2024

Cristiano Ronaldo u d-”dokument sigriet”

Aqra wkoll

L-investigaturi li qed jinvestigaw il-każ ta’ kontabbiltá falza ta’ Juventus mill-2018 sal-lum, qed ifittxu “dokument sigriet” dwar Cristiano Ronaldo u aġġustamenti partikolari tas-salarji individwali fil-club ta’ Turin.

Cristiano Ronaldo ngħaqad ma’ Manchester United f’Awwissu, iżda ismu qed jerġa’ jidher fil-ġurnali Taljani wara li l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku ta’ Turin ġabar id-dokumenti għall-investigazzjoni tagħhom.

Juventus qed jiġu akkużati b’kontabbiltà falza fil-każ tal-qligħ kapitali u l-Guardia di Finanza marret f’Continassa nhar il-Ġimgħa biex tiġbor l-informazzjoni meħtieġa.

Il-media Taljana rrapportat li kien meħtieġ li tinkiseb dokumentazzjoni tal-kontabbiltà bankarja u ta’ korrispondenza li tirreferi għal kull operazzjoni mwettqa minn Lulju 2018 u ‘l quddiem.

Allegatament, l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku ta’ Turin enfasizza żewġ sitwazzjonijiet li ma dehrux li ġew ippubblikati u kkommunikati lill-korpi kompetenti.

L-ewwel waħda enfasizzata hija l-‘kitba li tiċċertifika l-eżistenza’ ta’ obbligu mhux federali ‘min-naħa ta’ Atalanta fil-kuntest tal-operazzjoni ta’ trasferiment doppju tal-players Merih Demiral u Cristiano Romero’.

U l-każ l-ieħor jirrigwarda ‘ftehim privat li jikkonċerna r-relazzjoni kuntrattwali u d-djun ta’ salarji tal-player tal-football Cristiano Ronaldo’.

Iż-żewġ każijiet ġew definiti bħala ‘dokumenti li jikkostitwixxu l-korp tal-kriminalitá jew fi kwalunkwe każ affarijiet pertinenti għall-kriminalitá, anke sabiex jinbnew mill-ġdid b’mod preċiż il-profili ta’ responsabbiltà tas-suspettati individwali’.

Il-Guardia di Finanza bdiet tfittex dokumenti relatati ma’ Ronaldo wara li skopriet id-‘dokumenti sigrieti’ minn waħda mill-wiretaps.

Saret referenza dwar ‘dokument famuż li teoretikament ma kellux jeżisti’. Il-pulizija issa qed tfittex ftehimiet individwali li kull player tal-iskwadra għamel ma’ Juventus f’Marzu 2020, waqt il-lockdown.

Il-players u l-membri tal-persunal ċedew is-salarji tagħhom f’Marzu, April, Mejju u Ġunju, iżda f’każ ta’ bidu mill-ġdid tal-attività mbagħad kienu jiddiskutu l-integrazzjoni tar-remunerazzjoni fis-sena ta’ wara, li kellha tammonta għal madwar xahrejn u nofs.

Ronaldo kellu salarju li jiswa €31 miljun kull staġun u għalhekk ‘il fuq minn €10 miljun ġew iffriżati waqt il-lockdown u kienu jingħaddu mill-ġdid wara t-tmiem tal-lockdown u l-bidu mill-ġdid tal-attività.

Ekonomija

Sport