Minn Cristian Muscat
Zean, ħa mmur mal-ewwel għall-punt. X’tikkummenta fuq l-istaġun li għadda kemm għal Zabbar SP, kif ukoll għalik personali?
Kien staġun fejn kellna ħafna tlugħ u nżul. Komplejna niġġieldu sal-aħħar u ġejna ppremjati għas-sagrifiċċji kollha li għamilna. Dan huwa unur għal Zabbar SP, għaliex din hi l-ewwel darba li baqgħu fil-Malta Premier għal tliet staġuni infila.
Personalment, nemmen li kelli staġun tajjeb ħafna. Se nkompli naħdem sabiex nilħaq it-tragward li nilgħab għat-tim nazzjonali Malti. Fl-aħħar iżda mhux l-inqas nixtieq nirringrazzja lill-kumitat kollu, lil sħabi u fl-aħħar mill-aħħar lill- partitarji Żabbarin talli baqgħu warajna kemm fit-tajjeb u anke fil-ħażin.
Kif tqis il-livell tal-futbol Malti fil-preżent?
Il-livell tal-futbol Malti, fl-opinjoni tiegħi dejjem qed jogħla … sena wara sena.
Għaddi messaġġ finali lil min jixtieq jagħmel karriera ta’ suċċess fil-futbol.
Min jaħdem u jistinka, dejjem se jiġi ppremjat fl-aħħar!


