Wednesday, April 24, 2024

Daqshekk xogħlijiet ta’ twaqqigħ u ta’ skavar wara l-4:00 p.m

Aqra wkoll

Il-ħinijiet għal xogħlijiet ta’ twaqqigħ u ta’ skavar se jinbidlu mit-Tlieta 9 ta’ Novembru bil-għan li ma jsirx iżjed xogħol ta’ dan it-tip wara l-4:00 p.m.

Dan ifisser li l-ħinijiet se jinbidlu minn kif qegħdin illum, jiġifieri bejn it-8:00 a.m u s-2:00 p.m u bejn l-4:00 p.m u t-8:00 p.m u jsiru bejn is-7:30 a.m u l-4:00 p.m. Dawn il-bidliet se jkunu ppubblikati f’avviż legali.

Il-Ministru għall-Ambjent, it-Tibdil fil-Klima u l-Ippjanar Aaron Farrugia, flimkien mas-Segretarju Parlamentari għall-Kostruzzjoni Chris Agius, qal li dan qed isir b’riżultat ta’ eżerċizzju ta’ ħidma kontinwa għal industrija iktar sostenibbli u fil-kuntest tar-riforma fis-settur.

“Dawn huma azzjonijiet li għandhom isaħħu u mhux idgħajfu l-industrija tal-kostruzzjoni, filwaqt li qed tinstema t-talba tal-familji biex jitnaqqas l-inkonvenjent u l-istorbju fil-ħinijiet ta’ filgħaxija.”

Il-kuntratturi li jagħmlu tali xogħlijiet huma mitluba jikkoperaw fil-mod ta’ kif jorganizzaw il-lantijiet tax-xogħol rispettivi tagħhom.

Sport