Wednesday, July 24, 2024

Darts: Ħamrun Bayern miżmuma fi draw minn Birżebbuġa Lions

Aqra wkoll

It-tim promoss ta’ Birżebbuġa Lions kiseb draw ferm prestiġġjuż ta’ 4-4 kontra Ħamrun Bayern A f’logħba ferm sabiħa.

It-tim min-naħa t’isfel ta’ Malta dejjem kienu minn taħt iżda għarfu jġibu l-iskor indaqs sabiex ħadu punt importanti fil-klassifika tagħhom filwaqt li jinsabu biss ħames punti bogħod mill-quċċata.

Żejtun Laċċi Gold Lady jinsabu fl-ewwel post hekk kif għelbu lil Sliema Lounge A 5-3 filwaqt li Floriana Ajax Premier Cars kisbu rebħa kbira ta’ 8-0 kontra Ħamrun Bayern B.

Floriana MCP telgħu aktar ‘il fuq fil-klassifika wara rebħa bl-istess skor kontra PO’s Bar.

Fit-tieni diviżjoni, l-affarijiet ftit inbidlu meta Birgu Boċċi Club A baqgħu fl-ewwel post tal-klassifika wara li għelbu lil Beland Żejtun 5-3.

Anke t-tim fit-tieni post Domus Men’s żammew il-konsistenza wara rebħa kontra Żebbuġ Rangers 6-2.

Min-naħa l-oħra, Duke’s Bar baqgħu fit-tielet post hekk kif iddominaw il-konfront kontra Leah’s A tant li rebħu 7-1. Cox Bar għelbu lil Top Gun 5-3 sabiex saħħew il-ħames post.

Fit-tielet diviżjoni, Leah’s Bar B baqgħu jżommu punt vantaġġ fuq l-eqreb rivali Żejtun Laċċi Maypole wara li għelbu lil Domus Ladies 6-2. Anke ż-Żwieten kisbu tliet punti oħra wara skor ta’ 5-3 kontra Birgu Boċċi B.

Fi dwell pjuttost interessanti, Nicolo Isouard għelbu lil Munchies 5-3 filwaqt li kien hemm parita’ assoluta fil-logħba bejn Sliema Lounge B u Tal-Balklor bl-iskor finali jkun dak ta’ 4-4.

KLASSIFIKA – MDA L-EWWEL DIVIŻJONI

Żejtun Laċċi A 29, Ħamrun Bayern A, Floriana Ajax Premier Cars A 27, Birżebbuġa Lions 24, Sliema Lounge A 11, Floriana Ajax MCP 10, PO’s Bar 3, Ħamrun Bayern B 2.

KLASSIFIKA – MDA IT-TIENI DIVIŻJONI

Birgu Boċċi Club A 34, Domus Men’s 31, Duke’s Bar 27, Top Gun 16, Cox Bar 13, Żebbuġ Rangers DT, Beland Żejtun 8 , Leah’s Bar 1

KLASSIFIKA – MDA IT-TIELET DIVIŻJONI

Leah’ Bar B 34, Żejtun Laċċi Maypole 33, Birgu Boċċi Club B 21, Tal-Balklor Senglea 16, Nicolo Isouard 14, Munchies Bar, Mqabba Tal-Ġilju 13, Domus Ladies 7, Sliema Lounge B 6.

Ekonomija

Sport