Wednesday, July 24, 2024

Blackball: Cospicua Rangers jibqgħu konsistenti wara rebħa kbira

Aqra wkoll

Il-leaders tal-kampjonat nazzjonali tal-Blackball Cospicua Rangers baqgħu jżommu l-konsistenza tul dan l-istaġun wara li għelbu faċilment lil Qormi Anici B 11-1 sabiex kisbu wkoll l-ikbar rebħa tal-ġurnata.

Din kienet il-ħames rebħa staġjonali għall-Bormliżi li żammew it-tliet punti vantaġġ fuq l-eqreb rivali taħghom Valletta Breakwater li għelbu lil Jojo’s Birżeubbuġa 11-8.

Ħamrun 147 A baqgħu fit-tielet post meta għelbu lil San Ġwann Nick’s A 11-3.

Fir-Regional League, il-leaders Ħamrun 147 C għamluhom sitt rebħiet minn daqstant logħbiet wara li għelbu lil Domus Kids Żejtun A 11-7.

Ħamrun 147 D komplew telgħin aktar ‘il fuq fil-klassifika wara li għelbu lil Każin Pinto Qormi A 11-5 filwaqt li Selmun Bar A batew mhux ftit sabiex rebħu 11-9 lil Valletta Fossa Boys A.

Fi grupp A tal-Community League, Qormi Anici D u Birkirkara Boċċi baqgħu fl-ewwel post wara rebħiet ta’ 11-1 u 11-6 kontra Mrieħel Billiard House u PL Balzan rispettivament.

Min-naħa l-oħra, Selmun Bar C għelbu lil San Ġwann Nick’s B 11-6.

Fi grupp B, il-leaders San Ġwann Tiki Taka B ġew miżmuma fi draw ta’ 10-10 mit-tim fit-tieni post Qormi Anici E. Selmun Bar B, Taċ-Ċaċċu Qormi u Valletta Fossa Boys B kellhom rebħiet kontra Domus Kids Żejtun B (11-6), Qormi Anici C (11-3) u Juve Birkirkara A (11-9) rispettivament.

KLASSIFIKA – KAMPJONAT NAZZJONALI

Cospicua Rangers 15, Valletta Breakwater 12, Ħamrun 147 A 11, Jojo’s Birżebbuġa 7, San Ġwann Nick’s 6, Qormi Anici B, Ħamrun 147 B 5, Qormi Anici A 2.

KLASSIFIKA – KAMPJONAT REĠJONALI

Ħamrun 147 C 18, Domus Kids Żejtun, PL Balzan A 8, Ħamrun 147 D 7, Selmun Bar A 6 , Valletta Fossa Boys A 3, Każin Pinto Qormi A 0

KLASSIFIKA – COMMUNITY LEAGUE – GRUPP A

Qormi Anici D, Birkirkara Boċċi 15, San Ġwann Tiki Taka A 12, Juve Birkirkara B 9, Mrieħel Billiard 7, PL Balzan B 4, San Ġwann Nick’s B , Selmun Bar C 3.

KLASSIFIKA – COMMUNITY LEAGUE – GRUPP B

San Ġwann Tiki Taka B 16, Qormi Anici E 11, Juve Birkirkara A 10, Valletta Fossa Boys B 9, Taċ-Ċaċċu , Selmun Bar B, Qormi Anici C 7,, Domus Kids B 1.

Ekonomija

Sport