Friday, April 26, 2024

Darts: Riżultati mħallta għall-players Maltin fid-WDF Europe 2022

Aqra wkoll

Hekk kif matul il-Ġimgħa kompla d-WDF Europe 2022 li qed isir f’Gironda fi Spanja, kien imiss li jintlagħbu d-doubles tal-irġiel is-singles tan-nisa kif ukoll il-fażi tat-timijiet.

Id-duo Norbert Attard u Anthony Borg waslu sat-tielet fażi tal-kompetizzjoni doubles wara li għelbu lil Lee Savident u Darren Laxton 4-0 u Gabor Takacs u Andres Borbely 4-3.

Fit-tielet fażi huma ġew eliminati wara skor ta’ 4-2 kontra Liam Meek u David Rogers.

Anke l-koppja Albert Scerri u John Agius għamluha għal din il-fażi hekk kif fl-ewwel round kienu bye filwaqt li fit-tieni rawnd għelbu lil Ilian Iliev u Galin Dimov 4-1.

Fit-tielet rawnd huma ġew eliminati minn Benjamin Reus u Simon Bak.

Fid-doubles tan-nisa, Althea Ciantar u Joanne Borg ġew eliminati fit-tieni rawnd wara skor ta’ 4-2 kontra Loredana Brumetz u Barbara Osti.

Anke l-koppja Pauline Tonna u Margarita Scerri inqalgħu minn din il-fażi wara li ġew megħluba minn Kornelija Lusaite u Sandra Rimkeviciute 4-0.

Fis-singles tal-irġiel, Norbert Attard rebaħ lil Josh Richarlison 4-0 sabiex fit-tieni rawnd ġie eliminat minn Artem Usyk 4-2.

Albert Scerri avvanza sat-tielet rawnd wara li elimina lil Xavier Lobbedey 4-3 għalkemm tilef 4-2 kontra Valters Melderis.

Mill-banda l-oħra, John Agius u Tony Borg tilfu 4-0 u 4-2 kontra David Concannon u Tytus Kanik rispettivament.
Għada l-plejers Maltin se jkunu fl-azzjoni f’turnament ieħor, l-Open ta’ Spanja.

Sport