Wednesday, April 24, 2024

Joan Laporta jinsisti li jrid lura lil Messi

Aqra wkoll

Barcelona qed jittamaw li jaslu fi ftehim ma’ Lionel Messi sabiex dan tal-aħħar jerġa’ jingħaqad magħhom fil-futur qrib.

It-team mill-Katalunja xejn ma kellu riżultati pożittivi f’dawn l-aħħar sena u nofs kemm ilu li telaqhom La Pulga kif inhu magħruf.

Se jkun Joan Laporta nnifsu li jibda t-taħditiet mal-klabb tiegħu Paris St Germain għalkemm bosta qed isostnu li mhux se tkun biċċa xogħol faċli aktar u aktar għax huma jridu jagħtu s-somma ta’ €35 miljun f’arretrati. 

Sport