Albert Scerri u ibnu Enrico fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet ħadu sehem f’żewġ turnaments fl-Ingilterra fejn kisbu riżultati ferm sodisfaċenti.
Enrico Scerri ħa sehem fil-Classic Tournament u rnexxielu jegħleb lil Stuart Monaghan 3-1 filwaqt li tilef ma’ Paul Toulmin.
Min-naħa tiegħu, missieru Albert tilef il-logħba tiegħu kontra Pennel Lloyd 3-0.
Il-Ħadd huma ħadu sehem ukoll fil-British Open fejn Enrico Scerri tilef 3-1 għalkemm missieru Albert irnexxielu saħansitra jasal sar-raba’ rawnd ta’ din il-kompetizzjoni.
Albert irnexxielu jelimina lil Danny Penny 3-1 fejn saħansitra kiseb medja ta’ 82.83.
Il-plejer veteran Malti kompla jżomm il-konsistenza u rnexxielu joħloq sorpriża hekk kif rebaħ lill-plejer Irlandiż irrankjat fl-ewwel post fid-WDF Neil Duff 3-1. Fit-tielet rawnd hu għeleb lil Frank Manszfeld 4-3 għalkemm ġie eliminat fir-raba’ rawnd.
Din kienet esperjenza ferm importanti għal Albert u Enrico Scerri li komplew iżidu mal-avvenimenti internazzjonali li ħadu sehem fihom fil-passat.