Friday, December 27, 2024

David Silva jħabbar li rtira mill-karriera tiegħu

Aqra wkoll

L-eks player ta’ Manchester City David Silva ħabbar li rtira mill-karriera tiegħu.

Il-leġġendarju Spanjol ta’ 37 sena qatta’ għaxar snin ta’ suċċess kbir mas-Citizenz fejn rebaħ erba’ titli tal-Premier League qabel ma ingħaqad ma’ Real Sociedad fl-2020.

Madankollu, Silva sofra injury serja fl-irkoppa matul il-pre-season u ddeċieda li dan huwa ż-żmien biex idendel iż-żarbun tiegħu wara karriera ta’ 19-il sena. 

“Illum huwa jum ta’ dieqa għalija,” qal Silva fuq il-midja soċjali.

“Illum wasal iż-żmien li ngħid addio għal dak li ddedikajt ħajti kollha għalih. Illum wasal iż-żmien li ngħid addio lill-kollegi tiegħi, li huma qishom familja għalija.”

L-eks internazzjonali ta’ Spanja ngħaqad ma’ Manchester City mingħand Valencia fl-2010 fejn lagħab 436 partita u skorja 77 goal.

Silva kien rtira mit-team nazzjonali Spanjol fl-2018, wara li rebaħ it-Tazza tad-Dinja fl-2010 u żewġ titli tal-Kampjonat Ewropew fl-2008 u fl-2012.

Silva għamel 125 dehra għal pajjiżu, fejn skorja 35 goal, u ingħata ġieħ fuq il-midja soċjali  għas-servizz li ta lit-team nazzjonali ta’ Spanja: “Grazzi tal-football kollu li tajtna. Il-maġija tiegħek se tibqa’ għal dejjem.”

Ekonomija

Sport