Sunday, December 22, 2024

“Dawn il-ġenituri min jgħinhom għandhom bżonn mhux min ikissirhom”

Anton Cutajar jistieden lill-ġenituri kollha li għandhom ulied b'diżabbiltà biex iżuru l-post b'xejn

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

“Intkom li għandkom persuni b’diżabbiltà tidħlu b’xejn intkom u l-anġli tagħkom”. Iddikjara dan ftit tal-ħin ilu s-sid ta’ L-Arka Ta’ Noe Anton Cutajar li stieden lill-familji kollha li għandhom ulied b’diżabbiltà biex il-Ħadd li ġej imorru jqattgħu ħin igawdu l-post tiegħu mingħajr ħlas. “Dawn il-ġenituri min jgħinhom iridu mela min ikissirhom”, tenna Cutajar.

Din mhix l-ewwel darba li Anton qiegħed juri dan il-ġest tant sabiħ hekk kif minn żmien għal żmien huwa jorganizza attivitajiet minn butu b’risq diversi għaqdiet ta’ karità, speċjalment dawk li jgħinu t-tfal.

Fi żmien il-pandemija huwa kien għamel diversi live videos jirringrazzja lill-frontliners kollha li kienu qegħdin jaħdmu mal-poplu Malti u Għawdxi kollu u mal-ewwel perjodu li fih bdew jonqsu r-restrizzjonijiet u bdew jitlaqqgħu n-nies huwa organizza dak li kien ilu jwiegħed, ġurnata speċjali għal dawn il-frontliners u l-għeżież tagħhom f’forma ta’ ringrazzjament mingħand il-poplu kollu. 

Fl-aħħar sigħat bosta kienu dawk li kkundannaw l-implikazzjoni ta’ Phyllisienne Brincat li l-mard u d-diżabbilità ġejjin mid-dnub b’ġenituri saħansitra rreaġixxew jaqsmu l-opinjonijiet tagħhom dwar kemm huma kburin u kuntenti b’uliedhom.

Ekonomija

Sport