Sunday, November 1, 2026
Home Sport Declan Rice se jiffirma kuntratt ta’ £18-il miljun fis-sena

Declan Rice se jiffirma kuntratt ta’ £18-il miljun fis-sena

0
50

Declan Rice mistenni jiffirma kuntratt ġdid fit-tul ma’ Arsenal, li bih is-salarju tiegħu jitla’ għal £350,000 fil-ġimgħa, l-istess ammont li jaqla’ Bukayo Saka. 

Il-midfielder Ingliż, li ngħaqad mal-Gunners mingħand West Ham għal £105 miljun fl-2023, bħalissa jaqla’ £240,000 fil-ġimgħa.

Mikel Arteta kkonferma li Rice jinsab kuntent mal-Gunners u jrid jibqa’ għal żmien twil. Il-coach Spanjol dan l-aħħar ukoll iffirma kuntratt ġdid sal-2030, b’salarju ta’ £20 miljun fis-sena.

Rice u tliet players oħra ħadu sehem fit-taħriġ qabel il-konfront kontra Liverpool f’Anfield.


LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here