Thursday, December 26, 2024

“Dejjem ħlomt li nikkompeti f’kompetizzjoni nazzjonali biex nirrapreżenta lil pajjiżi”

- Ir-rebbieħa ta’ Miss Supranational Malta Shania Degiorgio

Nirayl Grech
Nirayl Grech
Ġurnalista

Aqra wkoll

Ilni li bdejt l-immudellar għal dawn l-aħħar ħames snin u dejjem ħlomt li nikkompeti f’kompetizzjoni internazzjonali biex nirrapreżenta lil pajjiżi internazzjonalment. Ftit tas-sena ilu, ħadt iċ-ċans u dħalt għal kompetizzjoni, fejn spiċċajt fit-tieni post u kien hemm fejn irrealizzajt li ridt nieħu l-immudellar bħala karriera serja. 

Dan kien il-kumment li tat Shania Degiorgio, ir-rebbieħa ta’ Miss Supranational ta’ din is-sena, fejn irrimarkat li meta ġiet fit-tieni post fl-istess kompetizzjoni tas-sena li għaddiet, fil-fond ta’ qalbha kienet taf l kien hemm iktar maħsub għaliha. Degiorgio qalet li iddeċidiet li terġa’ tidħol għal din is-sena u li b’differenza għal kompetizzjoni ta’ qabel, din is-sena tat dak kollu li setgħet.

Meta mistoqsija dwar x’ħasset dak il-ħin, Shania qalet li meta waslet mal-ewwel tlieta kienet qed itterter u d-dmugħ beda ħiereġ waħdu mingħajr ebda kontroll. Żiedet tgħid li l-mument li sejjħulha bħala r-rebbieħa, emozzjonat ruħha għax ma setgħetx temmen li x-xogħol iebes u d-determinazzjoni kollu li tat lejn din il-kompetizzjoni wassal għal dan it-titlu ta’ Miss Supranational Malta għal din is-sena. 

Il-mudella qalet; “ Ma stajtx nemmen li l-ħolma tiegħi li nirrapreżenta lil pajjiżi kienet se ssir realtá. Kburija ukoll ngħid li rbaħt ukoll l-aqwa personalitá u rbaħt il-wiċċ ta’ Mvintage”. Hija xtaqet tirringrazzja lid-direttur tagħha Lorraine Sultana u Jean Zammit tal-opportunitá u lill-ġudikanti kollha li vvutawlha u lit-tim kollu wara s-suċċess li kisbt, speċjalment lill-mentor tagħha Joanne Farrugia. 

Shania spejgat kif minkejja li spiċċat il-kompetizzjoni, issa beda vjaġġ ġdid li se tirrapreżenta lil pajjiżna u li għalhekk dan se jinvolvi ħafna preparamenti bħal; ħwejjeġ, lezzjonijiet tal-catwalk, ħidma fuq il-fiiżika u diversi laqgħat.

Din mhijiex l-ewwel rebħa tal-mudella Shania Degorgio. Dan hekk kif aktar kmieni fix-xahar ta’ Settembru, hija ħadet sehem f’Princess of the Universe. Hemmhekk hija rnexxielha tirbaħ it-titlu għall-aħjar catwalk kif ukoll kklassfikat fit-tielet post mill-kategorija tagħha. 

Hija ilha għal dawn l-aħħar ħames snin intiża fid-dinja tal-immudellar. Bħala mudella hija tieħu sehem kemm f’photoshoots (photo modelling) kif ukoll fuq il-catwalk. Hija ħadet sehem f’bosta konkorsi lokali tas-sbuħija tant li matul is-snin rebħet diversi titli, fosthom ‘Miss Teen Best Photo Model’, ‘Miss Beauty of Malta’, ‘Miss Gaffiero  Productions’, ‘Miss Locality Stars’ u ‘Miss Winter Elegance’. 

Shania, li għandha 20 sena, bħalissa qed issegwi kors fl-Università ta’ Malta biex issir radjografa. Apparti l-immudellar, hija għandha għal qalbha wkoll l-ivvjaġġar u ż-żfin.

Ekonomija

Sport