Wednesday, April 24, 2024

Differenza minima bejn l-aħwa Camilleri fil-Hill Climb tal-Imtaħleb

Oliver Attard
Oliver Attard
Ġurnalist Sportiv / Motorsports

Aqra wkoll

Il-Ħadd 5 ta’ Diċembru, Island Car Club organizza s-6 Round tal-Kampjonat Nazzjonali tal-Hillclimb Transport Malta England Insurance fl-Imtahleb. Tmienja u sittin karozza kkompetew f’diversi klassijiet.

Kurt Camilleri saq għar-4 rebħa tiegħu f’dan il-kampjonat. Għal darb’oħra, Kurt kien segwit mill-qrib ħafna minn ħuh u ċ-champion attwali, Keith Camilleri. Keith kien biss 0.2 ta’ sekonda wara Kurt. Biex jirbaħ t-titlu mingħand ħuħ Kurt jeħtieġ li jsuq fis-7 u l-aħħar rawnd tal-kampjonat, u jakwista 4 punti. Mauro Portelli spiċċa s-6 round fit-3 post.

Didier Bugeja kien l-aktar veloċi fuq karozza front-wheel drive, Edward Calleja kien l-aktar veloċi fuq karozza rear-wheel-drive, Chris Subaru kien l-aktar veloċi fuq karozza four-wheel drive, David Grech kien l-aktar veloċi fost is-sewwieqa veterani, u Isaac Decelis spiċċa l-ġurnata bħala l-iktar sewwieq veloċi taħt l’eta ta 25 sena.

Stefanie Calleja ntgħażlet bħala s-sewwieq tal-ġurnata ta’ Transport Malta.

Is-7 u l-aħħar round huwa skedat għall-Ħadd 12 ta’ Diċembru, ukoll fl-Imtahleb.

Sport