Monday, December 9, 2024

Dikjarat stat t’emerġenza fin-nofsinhar tal-Iżlanda wara żbroff vulkaniku ieħor

Aqra wkoll

Żbroff vulkaniku ieħor fuq il-Peniżola Reykjane wassal biex ġie dikjarat stat t’emerġenza fin-Nofsinhar tal-Iżlanda. Dan kien ir-raba’ wieħed minn Diċembru ’l hawn.

Tixrid qawwi u mgħaġġel tal-lava beda tard is-Sibt – iżda fil-skont l-Uffiċċju Meterjoloġiku tal-pajjiż dan ilu għaddej “bil-mod u kostanti” mill-Ħadd filgħodu.

L-Uffiċċju Meterjoloġiku qal ukoll li l-lava kienet 200 metru bogħod mid-distribuzzjoni tal-ilma tar-reġjun li tinsab qrib l-impjant tal-enerġija ta’ Svartsengi. Dan l-impjant ġeotermali  jipprovdi misħun għall-biċċa l-kbira tal-Peniżola ta’ Reykjanes.

Il-Kap tad-Dipartiment fl-aġenzija meteoroloġika Norveġiża qal li jista’ jkun hemm konsegwenzi “perikolużi” jekk il-lava tilħaq il-baħar hi u għaddejja lejn in-Nofsinhar.

Ikkwotat mix-xandar pubbliku tal-Iżlanda, Kristin Jonsdottir spjega li “jekk il-lava ta’ din it-tip, tiġi f ’kuntatt mal-ilma baħar, jistgħu jiġu prodotti d-dħaħen tal-kloru”.

Tħassib ieħor li wissa’ dwaru hu li “splużjonijiet żgħar” jistgħu jseħħu jekk il-lava ssir instabbli jekk kemm-il darba titħallat mal-ilma baħar.

Ekonomija

Sport