Wednesday, April 24, 2024

Dilettanti tal-armar tal-festi sodisfatti li xogħolhom se jerġa’ jiġi apprezzat

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Fl-aħħar ġimgħat pajjiżna reġa’ lura għal kważi normalità assoluta wara xhur ta’ pandemija. L-aħbar tad-Deputat Prim Ministru dwar ir-rilaxx biex il-festi jkunu jistgħu jerġgħu jibdew jittellgħu b’mod sħiħ kif konna mdorrijin bihom qabel feġġ il-virus, niżlet ferm tajjeb ma’ dawk id-dilettanti kollha madwar il-pajjiż.

Fost l-irħula li jinsabu għaddejjin bl-aħħar preparamenti tagħhom b’rabta mal-festa tar-raħal hemm iż-Żebbuġin li fi tmiem il-ġimgħa jiċċelebraw il-festa ta’ San Filep.

Dilettanti tal-armar li tkellmu ma’ dan is-sit esprimew is-sodisfazzjon tagħhom li issa li tneħħew ir-restrizzjonijiet relatati ma’ ġemgħat ta’ nies li jistgħu jiltaqgħu flimkien, ix-xogħol tagħhom se jkun jista’ jiġi apprezzat ferm aktar.

Huma esprimew tħassib rigward ir-riħ qawwi li ħakem il-gżejjer Maltin fl-aħħar sigħat u għalhekk intebħu li mill-andament tal-armar kien jaqbel li l-armar tal-pavaljuni jitħalla kemm jista’ jkun għall-aħħar. Żiedu jgħidulna li ma setgħux iħallu ħafna xogħol għal tmiem il-ġimgħa għax kienu jispiċċaw jintrikbu bix-xogħol u għalhekk iffukaw fuq armar ieħor bħalma huma t-tqegħdin l-istatwi fuq il-pedestalli.

Sport