Minn Cristian Muscat
Suċċess storiku għal Birzebbugia SP hekk kif fil-jiem li għaddew kisbu promozzjoni storika miċ-Challenge League għall-Malta Premier għall-ewwel darba fl-istprja tagħhom.
Proprju rigward dan tkellimna mal-viċi-president tal-istess klabb, Peter Cachia, li tana iktar dettalji fosthom x’jaħseb li kien is-sigriet wara dan is-suċċess.
Fi kliemu: “Naħseb li s-suċċess li ksibna kien wieħed storiku għall-klabb. Mhux biss il-promozzjoni, imma l-mod kif ġiet — b’ħidma kbira, dixxiplina u mentalità rebbieħa matul l-istaġun kollu. Din ma ġietx b’kumbinazzjoni. Kien hemm ħafna sagrifiċċju u impenn minn kulħadd, u nemmen li ħloqna pedament b’saħħtu għall-futur.
“Nixtieq nirringrazzja lill-president, Joseph Fenech, li mill-ewwel ġurnata ħadem spalla ma’ spalla miegħi. Flimkien bdejna minn xejn, u llum wasalna f’punt li jagħmilna kburin. Imma għalina dan mhux it-tmiem — dan huwa biss il-bidu. Turi li meta temmen fil-proġett u taħdem għalih kuljum, tista’ tasal fejn trid.”
Grazzi mill-qalb lill-istaff tekniku, kumitat, plejers, familji tal-plejers u partitarji. Grazzi kbira lill-isponsor ewlieni tagħna, Charles Polidano ‘iċ-Ċaqnu’!


