Wednesday, April 29, 2026

Swieqi Phoenix inkurunati Champions tas-Superleague Nazzjonali tal-Volleyball

Aqra wkoll

It-tim ta’ Swieqi Phoenix Volleyball, appoġġjat minn NIUM, ġie inkurunat champions tas-Superleague Nazzjonali nhar il-Ħadd wara nofsinhar, wara li t-tfajliet għelbu lil Falcons bl-iskor ta’ 3-1.

It-tim irċieva t-trofew tas-Superleague mill-president tal-MVA is-Sur Branko Vlahovic. It-tim ta’ Swieqi Phoenix Volleyball huwa wkoll rebbieħ tat-Tazza Nazzjonali ta’ dan l-istaġun.

Swieqi Phoenix Volleyball rebħu s-Superleague għar-raba’ darba f’sitt snin, u l-President tal-Klabb Orlando Bonnici kellu kliem ta’ tifħir għall-kowċis u l-plejers, dan kif il-prestazzjoni tagħhom dan l-istaġun ippermettietilhom itemmu l-istaġun u jassiguraw it-titlu lura fi Frar.

Huwa esprima wkoll l-apprezzament tal-klabb għall-appoġġ siewi tal-isponsors NIUM matul l-aħħar snin. Id-Direttur Tekniku Leonard Zammit Munro enfasizza d-dedikazzjoni u l-passjoni tal-grupp kollu, u qal li l-istaġun kien immarkat minn kif il-plejers veterani tat-tim, flimkien ma’ dawk żgħażagħ, irnexxielhom jaħdmu id f’id biex jiksbu dawn l-unuri pretiġjużi għall-klabb.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport