Saturday, December 28, 2024

Disa’ xhur ħabs talli għamel użu minn dokumenti foloz

Aqra wkoll

Sudaniż ta’ 21 sena residenti San Ġiljan ntbagħat disa’ xhur ħabs wara li ammetta li għamel użu minn dokumenti maħruġa f’isem persuna oħra.

Maisere Holi Menne tressaq quddiem il-Maġistrat Yana Micallef Stafrace mixli li wettaq dan ir-reat nhar is-Sibt li għadda. 

Huwa kien mixli wkoll li ta tagħrif falz lill-Uffiċjal Prinċipali tal-Immigrazzjoni u li sar reċediv billi wettaq reat wara sentenza mogħtija lilu fi Frar tas-sena li għaddiet.

Menne kkonferma fil-Qorti li huwa ħati tal-akkużi li nġiebu kontra tiegħu anke wara li ngħata ċans biex jaħsibha. Kien għalhekk li l-Qorti kkundannatu disa’ xhur priġunerija effettivi.

Il-Prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Christian Abela. L-Avukat tal-għajnuna legali Josette Sultana dehret għal Menne.

Ekonomija

Sport