Il-Birgu Regatta Club ħabbar uffiċjalment ir-riżenja tal-president tiegħu, Disma Attard, u b’hekk intemm iż-żmien tiegħu fit-tmexxija tal-klabb.
Fi stqarrija, il-kumitat esprima l-gratitudni tiegħu lejn Attard għad-dedikazzjoni u l-ħidma iebsa tiegħu matul is-snin, filwaqt li enfasizza l-kontribut tiegħu biex iġib stabbiltà akbar fi ħdan il-klabb.
Il-klabb ikkonferma wkoll li fil-ġimgħat li ġejjin se tissejjaħ Laqgħa Ġenerali Straordinarja biex jinħatar is-suċċessur tiegħu.




