Friday, April 26, 2024

Donald u Melania Trump pożittivi għall-COVID-19

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Il-President Amerikan Donald Trump u martu Melania Trump irriżultaw pożittivi għall-Covid-19 u għalhekk bdew minnufih il-perjodu ta’ kwarantina.

Il-President innifsu ħabbar dan permezz ta’ Tweet. Dan wara li persuni viċin tiegħu rriżultaw pożittivi għall-virus. Hope Hicks, fl-età ta’ 31 sena, s’issa hija l-aktar persuna viċin ta’ Trump li rriżultat pożittiva.

Aktar kmieni din il-ġimgħa hija vjaġġat miegħu fuq l-Air Force One sabiex setgħu jattendu għal dibattitu fuq it-televiżjoni f’Ohio. 

F’dan l-istadju mhux magħruf kif dan kollu se jkun qed jaffettwa t-tieni dibattitu presidenzjali li kien skedat għall-15 ta’ Ottubru f’Miami fi Florida.

Sport