Wednesday, April 24, 2024

Doppjetta ta’ Richarlison fit-tieni taqsima tikkastiga lis-Serbja

Aqra wkoll

Brażil…………..2

Serbja…………..0

Kellha tkun doppjetta personali ta’ Richarlison fit-tieni taqsima li tat rebħa meritata u tliet punti prezzjużi lill-Brażil hekk kif huma għelbu lis-Serbja bl-iskor ta’ 2-0.

Il-Brażil resqu viċin li jiftħu l-iskor fil-35 minuta meta xutt mill-viċin ta’ Raphinha rriżulta bħala wieħed fraġli u ġie salvat minn mal-art mingħajr diffikultá mill-goalkeeper tas-Serbja,

Il-Brażil komplew jiddettaw il-logħob u fis-60 minuta tilfu ċans tad-deheb li jiftħu l-iskor meta xutt mid-distanza ta’ Alex Sandro stampa ma’ sieq il-wieqfa, bis-Serbi jeħilsuha ħafif.

Huma fetħu l-iskor żewġ minuti biss wara meta Vinicius Junior kellu xutt angulat minn ġol-kaxxa salvat parzjalment mill-goalkeeper tas-Serbja, Milenkovic, biex mirr-rebound RICHARLISON mill-viċin tefa’ l-ballun f’lasta vojta.

Kulma jmur kompla d-dominju assolut tal-Brażilani u fit-73 minuta irduppjaw l-iskor meta Vinivius Junior għadda tajjeb lejn RICHARLISON li permezz ta’ akrobazija mill-isbaħ tefa’ ġewwa, biex irreġistra doppjetta personali f’temp ta’ 11-il minuta.  

Fil-81 minuta, il-Brażil setgħu għamluhom tlieta iżda kienu sfortunati meta xutt mid-distanza ta’ Casemiro stampa mal-mimduda.

Brażil: Alisson Becker, Danilo, Thiago Silva, Alex Sandro, Casemiro, Lucas Paqueta (Fred 75), Neymar (Antony 79), Raphinha (Gabriel Martinelli 87), Richarlison (Gabriel Jesus 79), Vinicius Junior (Rodrygo 75) Coach: Tite  

Serbja: Miljojko Milenkovic, Nikola Milenkovic, Milos Veljkovic, Strahinja Pavlovic, Andrija Zivkovic (Nemanja Radonjic 57), Sasa Lukic (Darko Lazovic 66), Nemanja Gudelj (Ivan Ilic 57), Filip Mladenovic (Dusan Vlahovic 66), Dusan Tadic, Aleksandar Mitrovic (Nikola Maksimovic 83), Sergej Milinkovic-Savic Coach: Dragan Stojkovic

Referee: Alireza Faghani (Iran)

Ammoniti: S. Pavlovic, N. Gudelj, S. Lukic (S)

Sport